EUR-Lex Достъп до правото на Европейския съюз

Обратно към началната страница на EUR-Lex

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62017TN0618

Kawża T-618/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Activa Minoristas del Popular vs BĊE u SRB

ĠU C 13, 15.1.2018г., стр. 19—20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Activa Minoristas del Popular vs BĊE u SRB

(Kawża T-618/17)

(2018/C 013/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Activa Minoristas del Popular. Asociación para la tutela de los inversores minoristas afectados por la resolución, supervisión y gestión del Banco Popular (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Arredondo Diaz, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors għal annullament;

tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt ta’ aċċess għall-fajl li jikkonċerna r-riżoluzzjonijiet ikkontestati;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord Unika ta’ Riżoluzzjoni u tiddikjaraha nulla u bla effett mid-data tal-adozzjoni tagħha, u sussidjarjament, fil-każ li l-annullament tagħha jkun impossibbli, tiddikjara li hemm dritt għal kumpens għal danni kkawżati bħala riżultat ta’ din;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti sad-deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


Нагоре