Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0146

Kawża T-146/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2017 – Mondi vs ACER

ĠU C 129, 24.4.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/34


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2017 – Mondi vs ACER

(Kawża T-146/17)

(2017/C 129/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mondi AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta mogħtija fil-Kawża A-001-2017 (consolidated), tas-17 ta’ Frar 2017, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi ammessa tintervjeni; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta kif ukoll ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex il-Bord tal-Appell ċaħad b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ interess leġittimu tar-rikorrenti fl-eżitu tal-proċeduri ta’ appell.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, għaliex il-Bord tal-Appell ma kkomunikax lir-rikorrenti l-osservazzjonijiet tal-konvenuta dwar it-talba għal intervent tal-imsemmija rikorrenti.


Top