Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0391

    Kawża T-391/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Protezzjoni tal-minoritajiet nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni — Prinċipju ta’ attribuzzjoni — Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Assenza ta’ urġenza”)

    ĠU C 13, 15.1.2018, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/19


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-391/17 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Protezzjoni tal-minoritajiet nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni - Prinċipju ta’ attribuzzjoni - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Assenza ta’ urġenza”))

    (2018/C 013/31)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R.-H. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Liţu, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: H. Krämer u L. Radu Bouyon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/652 tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack — miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (ĠU 2017, L 92, p. 100).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top