Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0147

    Kawża T-147/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2021 – Anastassopoulos et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Parteċipazzjoni tas-settur privat – Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva – Kredituri privati – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Ugwaljanza fit-trattament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Preskrizzjoni – Imputabbiltà – Ammissibbiltà – Responsabbiltà mingħajr nuqqas – Dannu anormali u speċjali”)

    ĠU C 24, 17.1.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2021 – Anastassopoulos et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-147/17) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg - Parteċipazzjoni tas-settur privat - Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva - Kredituri privati - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Ugwaljanza fit-trattament - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Preskrizzjoni - Imputabbiltà - Ammissibbiltà - Responsabbiltà mingħajr nuqqas - Dannu anormali u speċjali”)

    (2022/C 24/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nikolaos Anastassopoulos (Nea Erythraia, il-Greċja), Aristeidis Anastassopoulos (Nea Erythraia), Alexia Anastassopoulos (Nea Erythraia), Maria-Myrto Anastassopoulos (Nea Erythraia), Sophie Velliou (Kifisia, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Floros, M. Meng-Papantoni u H. Tagaras, avukati)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel, E. Chatziioakeimidou u J. Bauerschmidt, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta’ skambju obbligatorju ta’ titoli ta’ dejn tal-Istat fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg fl-2012, permezz tal-parteċipazzjoni ta’ investituri privati li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ klawżoli ta’ azzjoni kollettiva, minħabba aġir jew atti tal-Grupp tal-Euro, tal-President tiegħu, tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro u tal-Kummissjoni relatati magħha.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Nikolaos Anastassopoulos, Aristeidis Anastassopoulos, Alexia Anastassopoulos, Maria-Myrto Anastassopoulos u Sophie Velliou huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


    Top