Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0632

    Kawża C-632/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2017 – Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. vs Jacek Michalski

    ĠU C 104, 19.3.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2017 – Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. vs Jacek Michalski

    (Kawża C-632/17)

    (2018/C 104/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. (Varsavja, il-Polonja)

    Konvenut: Jacek Michalski

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 10 u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-investigazzjoni minn bank (il-kreditur) fir-rigward ta’ konsumatur (il-persuna li tissellef) ta’ pretensjoni bbażata fuq estratt minn rekords tal-bank iffirmat minn persuna awtorizzata tagħmel dikjarazzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tal-bank fuq il-proprjetà u li jkollu s-siġill tal-bank, u prova ta’ talba bil-miktub mibgħuta lid-debitur għall-ħlas, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ordni għal ħlas, kif speċifikat fl-Artikolu 485§ 3 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

    (2)  ĠU L 133, p. 66.


    Top