EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0628

Kawża C-628/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-8 ta’ Novembru 2017 – Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A.

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-8 ta’ Novembru 2017 – Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A.

(Kawża C-628/17)

(2018/C 104/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów (President tal-Uffiċċju tal-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumaturi, il-Polonja)

Konvenuta: Orange Polska S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Domanda preliminari

1)

L-Artikolu 8, moqri flimkien mal-Artikolu 9 u mal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu minn kummerċjant ta’ mudell ta’ konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, fejn il-konsumatur irid jieħu deċiżjoni finali fir-rigward tat-tranżazzjoni kkonċernata fil-preżenza tal-courrier li jagħtih il-mudell ta’ kuntratt, jikkostitwixxi prattika aggressiva tas-suq minħabba influwenza mhux xierqa:

a)

dejjem, inkwantu fil-preżenza tal-courrier il-konsumatur ma jkunx jista’ jiffamiljarizza ruħu liberament mal-kontenut tal-mudell ta’ kuntratt ipprovdut;

b)

biss meta l-konsumatur ma jkunx irċieva minn qabel u b’mod individwali (pereżempju fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, jew fl-indirizz tar-residenza tiegħu) il-mudelli ta’ kuntratt kollha, anki jekk kellu l-possibbiltà li jiffamiljarizza ruħu minn rajh dwar il-kontenut tiegħu fis-sit internet tal-kummerċjant qabel iż-żjara tal-courrier;

c)

biss meta konstatazzjonijiet ulterjuri jindikaw it-twettiq, mill-kummerċjant jew f’isem dan il-kummerċjant, ta’ miżuri żleali mmirati sabiex tiġi ristretta l-libertà tal-għażla tal-konsumatur fit-teħid ta’ deċiżjoni fir-rigward tat-tranżazzjoni?


(1)  ĠU 2005 L 149, p. 22.


Top