EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0517

Kawża C-517/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

ĠU C 392, 20.11.2017, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-517/17)

(2017/C 392/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milkiyas Addis

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE (1) jew inkella permezz tad-dispożizzjoni predeċessur tal-Artikolu 25(2)(a) tad-Direttiva 2005/85/KE (2), Stat Membru (f’dan il-każ, il-Ġermanja) jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba r-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, l-Italja), meta l-forma tal-protezzjoni internazzjonali, u b’mod iktar speċifiku l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni li jiksbu l-istatus ta’ refuġjat, ma tissodisfax, fl-Istat Membru l-ieħor li diġà ta lill-applikant protezzjoni internazzjonali (f’dan il-każ, l-Italja), ir-rekwiżiti tal-Artikoli 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE, mingħajr madankollu ma tasal biex tikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

2.

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, dan jgħodd ukoll meta, fl-Istat Membru fejn huma jiksbu l-istatus ta’ refuġjat (f’dan il-każ, l-Italja), il-persuni li jiksbu tali status

a)

ma jingħataw l-ebda allowance tal-għajxien, jew f’livell kunsiderevolment inqas meta mqabbel ma’ dak ta’ Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġu ttrattati b’mod differenti, f’dan ir-rigward, miċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru?

b)

jingħataw, huwa minnu, id-drittijiet previsti fl-Artikoli 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE iżda jaċċedu, fir-realtà, b’diffikultà għall-allowances li huma marbuta ma’ dawn id-drittijiet jew mal-allowances tan-netwerks tas-soċjetà ċivili jew tal-familja li jissostitwixxu jew jikkompletaw l-allowances tal-Istat?

3.

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2013/32/UE jew id-dispożizzjoni predeċessur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2005/85/KE tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tgħid li ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal ażil bħala inammissibbli li sseħħ fl-eżerċizzju tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE jew permezz tad-dispożizzjoni predeċessur tal-Artikolu 25(2)(a) tad-Direttiva 2005/85/UE, mingħajr intervista personali mal-applikant ma twassalx għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ intervista meta l-applikant ikollu l-opportunità li jesponi fil-proċedura tar-rikors l-elementi kollha li jikkontestaw deċiżjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr madankollu ma dawn l-elementi jistgħu jwasslu sabiex tinbidel id-deċiżjoni fuq il-mertu?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, ĠU L 180, p. 6.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, ĠU L 175M, p. 168.


Top