This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0408
Case C-408/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (Italy) lodged on 6 July 2017 — Enel Energia SpA v Autorità Garante della Concorrenza ed del Mercato and Others
Kawża C-408/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – Enel Energia SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato et
Kawża C-408/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – Enel Energia SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato et
ĠU C 338, 9.10.2017, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – Enel Energia SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato et
(Kawża C-408/17)
(2017/C 338/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enel Energia SpA
Konvenuti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Autorità per l’Energia Elettrica il Gas e il Sistema Idrico, Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
Domandi preliminari
1) |
L-għan tad-direttiva “ġenerali” 2005/29/KE (1) bħala “nett ta’ sigurtà” għall-protezzjoni tal-konsumaturi, kif ukoll il-premessa 10 u l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) tal-istess direttiva, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ddaħħal l-evalwazzjoni tal-osservanza tal-obbligi speċifiċi għall-protezzjoni tal-utent, previsti mid-Direttivi settorjali 2009/72/KE (2) u 2009/73/KE (3) fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ġenerali 2005/29/KE dwar il-prattiċi kummerċjali żleali, u b’hekk konsegwentement teskludi l-intervent tal-awtorità settorjali, f’dan il-każ, l-AEEGSI – sabiex tindirizza ksur tad-direttiva settorjali fil-każijiet kollha li fihom din tkun tista’ tikkonstata li huma sodisfatti l-kriterji ta’ prattika kummerċjali skorretta jew żleali? |
2) |
Il-prinċipju ta’ speċjalità previst fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29/KE għandu jinftiehem bħala prinċipju li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-leġiżlazzjonijiet (leġiżlazzjoni ġenerali u leġiżlazzjoni settorjali) jew anki relazzjonijiet bejn regoli (regoli ġenerali u regoli speċjali), jew anki, relazzjonijiet bejn l-awtorità responsabbli mir-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tal-oqsma rispettivi kkonċernati? |
3) |
Il-kunċett ta’ “konflitt” previst fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jista’ jiġi jitqies bħala applikabbli biss f’kaz ta’ kontradizzjoni radikali bejn id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-prattiċi kummerċjali irregolari u r-regoli l-oħra tad-dritt derivat tal-Unjoni li jirregolaw l-aspetti speċifiċi settorjali ta’ prattiċi kummerċjali jew inkella huwa suffiċjenti li r-regoli inkwistjoni jkunu jistabbilixxu regolamentazzjoni li ma tkunx taqbel mal-leġiżlazzjoni dwar il-prattiki kummerċjali irregolari inkonnessjoni mal-elementi speċifiċi tas-settur. B’tali mod li jirriżulta kunflitt ta’ liġijiet f’każ partikolari? |
4) |
Il-kunċett ta’ regoli Komunitarji previst fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jirrigwarda biss id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-regolamenti u fid-direttivi tal-Unjoni kif ukoll id-dispożizzjonijiet li direttament jiitrasponuhom, jew jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji li jimplementaw il-prinċipji tad-dritt Ewropew? |
5) |
Il-prinċipju ta’ speċjalità previst fil-premessa 10 u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29/KE, u l-Artikoli 37 tad-Direttiva 2009/72/KE u 41 tad-Direttiva 2009/73/KE jipprekludu interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li, kull darba li jiġi kkonstatat f’settur regolat, li jinkludi regolamentazzjoni settorjali tal-konsumatur li fih l-awtorità kompetenti f’dan il-qasam tingħata setgħa regolatorja u repressiva, aġir li huwa kopert mill-kunċett ta’ “prattika aggressiva” fis-sens tal-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2005/29/KE jew “aggressiva fiċ-ċirkustanzi kollha” fis-sens tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE, il-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-prattiki żleali għandha dejjem tiġi applikata u dan anki meta tkun teżisti leġiżlazzjoni settorjali, adottata għall-protezzjoni tal-konsumaturi u fondata fuq dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li tirregola b’mod sħiħ l-istess “prattiki aggressivi” u “aggressivi f’kull ċirkustanza” jew, fi kwalunkwe każ, l-istess “prattiċi irregolari/żleali”? |
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22).
(2) Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55).
(3) Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħasssar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, p. 94).