This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0168
Case C-168/17: Request for a preliminary ruling from the Kúria (Hungary) lodged on 3 April 2017 — SH v TG
Kawża C-168/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2017 – SH vs TG
Kawża C-168/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2017 – SH vs TG
ĠU C 221, 10.7.2017, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
10.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ April 2017 – SH vs TG
(Kawża C-168/17)
(2017/C 221/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SH
Konvenut: TG
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: UF
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 204/2011/UE (1) u tar-Regolament (UE) Nru 2016/44 (2) jestendi għall-obbligi sussegwenti ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija abbażi ta’ kuntratti ta’ kontrogaranzija f’sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan li tinħareġ garanzija bankarja favur il-Bord Libjan tal-Akkomodazzjoni u tal-Infrastruttura (Libyan Housing and Infrastructure Board, iktar ’il quddiem l-“HIB”):
|
|
2) |
Jekk l-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija indikat fil-punti 1.1 u 1.2 hawn fuq jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament, l-ispjjeż tal-garanzija mħallsa lil bank Libjan – li f’ċertu żmien kien ukoll inkluż fuq il-lista s-sewda tal-Anness III – bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija ta’ rimbors tal-ħlas antiċipat u ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni korretta favur l-HIB, għandhom ukoll jitqiesu bħala fondi użati direttament jew indirettament favur persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jinsabu fl-Anness III tar-Regolament Nru 204/2011? |
|
3) |
Fil-perijodu sussegwenti għall-emenda tar-Regolament Nru 204/2011/UE permezz tar-Regolament Nru 45/2014/UE (punt 1.3), l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 204/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jitqies li l-ispejjeż u l-infiq mitluba minn bank Libjan u mħallsa minn bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija? |
|
4) |
Bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea li għandu l-obbligu jħallas l-ispejjeż tal-garanzija lil entità Libjana abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogranzija konkluż fil-kuntest ta’ sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija bankarja favur l-HIB (punt 1.4) għandu jitqies bħala persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament Nru 204/2011 emendat permezz tar-Regolament Nru 45/2014 – persuna jew entità li taġixxi permezz ta’ jew f’isem jew favur waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 12(1) iċċitat iktar ’il fuq? Jista’ jitqies li jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija l-ispejjeż tal-garanzija mitluba minn dan il-bank lil bank ieħor stabbilit fl-Unjoni Ewropea? |
|
5) |
Kull tip ta’ ħlas huwa marbut mar-regola ta’ esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 204/2011? |
|
6) |
Sa fejn il-kalkolu relatat mal-ispejjeż tal-garanzija jsir wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44, li ħassar ir-Regolament Nru 204/2011/UE, iżda li jinkludi regoli essenzjalment identiċi għar-regolament preċedenti (punt 1.5), dan ir-Regolament (UE) Nru 2016/44 huwa applikabbli fir-rigward ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar it-tilwima bejn il-partijiet u l-Artikolu 17(1)(b) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż u l-infiq mitluba minn bank Libjan u mħallsa minn bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija? Bank stabbilit fl-Unjoni Ewropea li għandu l-obbligu jħallas l-ispejjeż tal-garanzija lil entità Libjana abbażi ta’ kuntratt ta’ kontrogaranzija konkluż fil-kuntest ta’ sensiela ta’ kuntratti konklużi bil-għan tal-ħruġ ta’ garanzija bankarja favur l-HIB għandu jitqies bħala persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) ta’ dan ir-regolament – persuna jew entità li taġixxi permezz ta’ jew f’isem jew favur waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1) tal-istess regolament? Jista’ jitqies li jikkostitwixxu direttament jew indirettament talba abbażi ta’ garanzija l-ispejeż tal-garanzija mitluba minn dan il-bank lil bank ieħor stabbilit fl-Unjoni Ewropea? |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, tat-18 ta’ Jannar 2016, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, p. 1).