Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0527

    Kawża C-527/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – proċedura mressqa minn Boston Scientific Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali – Regolament (KE) Nru 469/2009 – Kamp ta’ applikazzjoni – Mezz mediku li jinkorpora bħala parti integrali sustanza li, jekk użata b’mod separat, tista’ titqies bħala prodott mediċinali – Direttiva 93/42/KEE – Artikolu 1(4) – Kunċett ta’ “proċedura ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva”)

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – proċedura mressqa minn Boston Scientific Ltd

    (Kawża C-527/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Kamp ta’ applikazzjoni - Mezz mediku li jinkorpora bħala parti integrali sustanza li, jekk użata b’mod separat, tista’ titqies bħala prodott mediċinali - Direttiva 93/42/KEE - Artikolu 1(4) - Kunċett ta’ “proċedura ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva”)

    (2019/C 4/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundespatentgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Boston Scientific Ltd

    fil-preżenza ta’: Deutsches Patent- und Markenamt

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007, ta’ mezz mediku li jinkorpora sustanza bħala parti integrali, fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ din id-direttiva kif emendata, ma tistax tiġi ekwiparata, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, ma’ proċedura ta’ ATS ta’ din is-sustanza taħt id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 31 ta’ Marzu 2004, minkejja li effettivament l-imsemmija sustanza kienet l-oġġett tal-evalwazzjoni prevista fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tal-punt 7.4 tal-Anness I tad-Direttiva 93/42, kif emendata bid-Direttiva 2007/47.


    (1)  ĠU C 402, 27.11.2017


    Top