Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0716

Kawża T-716/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – Pfizer u Pfizer Santé Familiale vs Il-Kummissjoni

ĠU C 462, 12.12.2016, pp. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/29


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – Pfizer u Pfizer Santé Familiale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-716/16)

(2016/C 462/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pfizer Ltd. (Sandwich, ir-Renju Unit), Pfizer Santé Familiale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister-at-law)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 tat-8 ta’ Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2016 L 189, p. 1);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret in-Nomenklatura Magħquda billi naqset li tosserva l-ordni preċiż previst mir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni fil-Kapitolu A tal-Parti I tan-Nomenklatura Magħquda għall-klassifikazzjoni tal-prodotti.

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi applikat ir-Regola Ġenerali 3 fil-klassifikazzjoni ta’ prodott li ma huwiex prima facie klassifikabbli taħt tnejn jew iktar mill-intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda; u

Il-Kummissjoni wettqet it-tieni żball ta’ liġi billi applikat ir-Regola Ġenerali 3(a), li tagħti prijorità lill-klassifikazzjoni taħt iktar minn intestatura waħda.


Top