This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0435
Case T-435/16: Action brought on 22 December 2016 — Ms v Commission
Kawża T-435/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – MS vs Il-Kummissjoni
Kawża T-435/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – MS vs Il-Kummissjoni
ĠU C 70, 6.3.2017, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/21 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – MS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-435/16)
(2017/C 070/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: MS (Castries, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors preżenti ammissibbli u fondat; |
konsegwentement,
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ ċaħda ta’ komunikazzjoni tad-data ta’ natura personali li tirrigwarda lir-rikorrent, adottata fis-16 ta’ Ġunju 2016; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-aġir li jikkawża preġudizzju min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 8, 13 u 20 tiegħu. Ir-rikorrent isostni wkoll il-ksur tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għad-data personali u tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji tad-drittijiet tad-difiża, tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Id-deċiżjoni kkontestata għandha barra minn hekk titqies li hija vvizzjata b’motivazzjoni irregolari u infondata. Dawn l-illegalitajiet kollha jikkostitwixxu nuqqasijiet tali li kkawżaw dannu reali u ċert lir-rikorrent.