EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0367

Kawża T-367/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 – Brunner vs EUIPO – CBM (H HOLY HAFERL HAFERL SHOE COUTURE)

ĠU C 305, 22.8.2016, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/52


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 – Brunner vs EUIPO – CBM (H HOLY HAFERL HAFERL SHOE COUTURE)

(Kawża T-367/16)

(2016/C 305/70)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Gerd Brunner (Moosthenning, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “H HOLY HAFERL HAFERL SHOE COUTURE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 988 144

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2943/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO dwar l-oppożizzjoni, mogħtija fl-10 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2943/2014-5)

tiċħad l-oppożizzjoni tal-intervenjent, tat-12 ta’ Novembru 2013, ibbażata fuq it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 306 545 u t-trade mark Ġermaniża Nru 302 010 023 903 (Każ B002269325);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top