Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0309

Kawża T-309/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2016 — Cafés Pont vs EUIPO — Giordano Vini (Art’s Café)

ĠU C 296, 16.8.2016, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/27


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2016 — Cafés Pont vs EUIPO — Giordano Vini (Art’s Café)

(Kawża T-309/16)

(2016/C 296/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cafés Pont, SL (Sabadell, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. M. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giordano Vini SpA (Diano d’Alba, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Art’s Café” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 622 345

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 fil-Każ R 1110/2015-2

Talbiet

tagħti sentenza li tilqa’ r-rikors, li tħassar ir-revoka minħabba n-nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 622 345 u li tikkonferma l-użu tal-imsemmija trade mark; u

tikkundanna lill-EUIPO u lil partijiet oħra li possibbilment qed isostnuh għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u (b) u 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top