Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0287

    Kawża T-287/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 270, 25.7.2016, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/62


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-287/16)

    (2016/C 270/68)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn É. Grégoire u J. Mariani, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta’ Marzu 2016, safejn din tiċħad l-iffinanzjar tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-Renju tal-Belġju fl-ammont ta’ EUR 9 601 619,00 (Partita tal-Baġit: 6701);

    sussidjarjament, tannulla parzjalment l-imsemmija deċiżjoni li tiċħad il-finanzjament Komunitarju fl-ammont ta’ EUR 9 601 619,00 billi dan jinkludi l-ammont ta’ EUR 4 106 470,02, li diġà bbenefika preċedentement minnhom il-FAEG;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(1) u tal-Artikolu 32(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1), minħabba li l-Kummissjoni ma wrietx li l-ispiża mwettqa mill-aġenzija tal-pagamenti Belġjana ma hijiex konformi mad-dritt Komunitarju u li l-assenza ta’ rkupru jew l-irregolarità kellha bħala oriġini irregolarità jew negliġenza imputabbli lill-Bureau d’Intervention et de Restitution belge (uffiċċju Belġjan għal miżuri ta’ intervent u għal ħlas lura (BIRB).

    2.

    It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li l-ammont miċħud ma jikkorrispondix għall-gravità tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata u li ma tteħidx inkunsiderazzjoni d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea.


    Top