Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0247

    Kawża T-247/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Trasta Komercbanka et vs BĊE

    ĠU C 270, 25.7.2016, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/51


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Trasta Komercbanka et vs BĊE

    (Kawża T-247/16)

    (2016/C 270/58)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Trasta Komercbanka AS (Riga, il-Latvja) u 6 oħra (rappreżentanti: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-BĊE, tat-3 ta’ Marzu 2016, li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Trasta Komercbanka AS; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas, min-naħa tal-BĊE, li jeżamina u li jevalwa b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-aspetti fattwali kollha li jinkludu, iżda mhux limitati għal, li l-BĊE ma rreaġixxiex b’mod xieraq għall-fatt li l-informazzjoni u d-dokumenti ppreżentati mill-awtorità lokali regolatorja Latvjana ma kinux preċiżi.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jirrikonoxxi d-disponibbiltà ta’ miżuri alternattivi.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 19 u tal-premessa 75 tar-Regolament tal-MSU (1) u wettaq użu ħażin ta’ poter.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

    6.

    Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tar-regoli proċedurali li jinkludu d-dritt għal smigħ, id-dritt għal aċċess għall-fajl, id-dritt għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq, l-Artikolu 83(1) tar-Regolament Qafas tal-MSU (2) u d-dritt għal proċedura amministrattiva ġusta.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63)

    (2)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew, tas-16 ta’ April 2014, li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU 2014, L 141, p. 1)


    Top