Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0242

    Kawża T-242/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

    ĠU C 270, 25.7.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/50


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

    (Kawża T-242/16)

    (2016/C 270/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Edward Stavytskyi (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318, tal-4 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311, tal-4 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn dawn l-atti jżommu lir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-inklużjoni fil-lista huma vvizzjati b’illegalità, għaliex ġew emendati b’mod sabiex jippermettu l-inklużjoni fil-lista għar-raġuni biss li l-persuna kkonċernata hija s-suġġett ta’ proċeduri kriminali, mingħajr il-bżonn ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ta motivazzjoni insuffiċjenti u standardizzata, peress li llimita ruħu li jirriproduċi t-test li jinsab fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-inklużjoni fil-lista.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, għaliex huwa ma kellux bażi fattwali suffiċjentement konkreta sabiex jinkludi r-rikorrenti fil-lista għar-raġuni li huwa kien is-suġġett ta’ proċeduri kriminali mibdija mill-awtoritajiet Ukraini minħabba użu ħażin ta’ fondi jew ta’ assi pubbliċi.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri meħuda mill-Kunsill ma jikkostitwixxux, fil-konfront tar-rikorrent, atti ta’ politika estera, iżda pjuttost miżuri ta’ kooperazzjoni internazzjonali fil-proċeduri kriminali, li għalhekk ġew adottati fuq bażi legali żbaljata.


    Top