Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0059

    Kawża T-59/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 59/16, De Nicola vs BEI

    ĠU C 111, 29.3.2016, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 111/37


    Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 59/16, De Nicola vs BEI

    (Kawża T-59/16 P)

    (2016/C 111/44)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

    Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Talbiet

    tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ riforma parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-paragrafi 2 u 3 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 58 sa 63 tas-sentenza stess;

    konsegwentement, tannulla jew tiddikjara mhux applikabbli l-linji gwida stabbiliti għall-2012; tikkundanna lill-BEI għar-riżarċiment tad-danni subiti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament presedut, bil-għan li mill-ġdid tingħata deċiżjoni fuq il-punti annullati.

    tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa dirett kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-9/14).

    Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.


    Top