EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0849

Kawża T-849/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għat-tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-849/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għat-tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 293/40)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PGNiG Supply & Trading GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali tat-28 ta’ Ottubru 2016, li tirrigwarda l-emenda tal-kundizzjonijiet ta’ deroga tal-pipeline tal-gass OPAL għar-regoli dwar l-aċċess għal terzi u għar-regolamentazzjoni tarrifarja stabbilita mid-Direttiva 2003/55/KE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-23 ta’ Diċembru 2016, PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni (T-849/16 R) huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top