Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0465

    Kawża T-465/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Cotécnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea cotecnica OPTIMA — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea visán Optima PREMIUM PETFOOD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 13, 15.1.2018, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Cotécnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)

    (Kawża T-465/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea cotecnica OPTIMA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea visán Optima PREMIUM PETFOOD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

    (2018/C 013/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Cotécnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, J. Erdozain López u J. Galán López, avocats)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Crespo Carrillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Visán Industrias Zootécnicas, SL (Arganda, Spanja) (rappreżentant: P. Alesci Naranjo, avocat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 229/2016–2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Visán Industrias Zootécnicas u Cotécnica.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Cotécnica, SCCL, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    Visán Industrias Zootécnicas, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


    Top