EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0208

Kawża T-208/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Ranocchia vs ERCEA [“Riċerka u żvilupp teknoloġiku — Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2015 — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) — Orizzont 2020 — Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara li l-proposta ppreżentata mir-rikorrent ma hijiex eliġibbli — Proġett dwar l-identifikazzjoni tal-algoritmi matematiċi li jiffaċilitaw il-qari u l-analiżi ta’ ċerti manuskritti antiki — Użu ħażin ta’ poter — Żball ta’ fatt — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”]

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Ranocchia vs ERCEA

(Kawża T-208/16) (1)

([“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC 2015 - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - Orizzont 2020 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara li l-proposta ppreżentata mir-rikorrent ma hijiex eliġibbli - Proġett dwar l-identifikazzjoni tal-algoritmi matematiċi li jiffaċilitaw il-qari u l-analiżi ta’ ċerti manuskritti antiki - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ fatt - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 104/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Graziano Ranocchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: C. Intino, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: inizjalment M. E. Chacon Mohedano, R. Maggio Panizza u L. Moreau, sussegwentement E. Chacon Mohedano, R. Maggio Panizza u F. Sgritta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-ERCEA Ares(2016) 1020667 tas 26 ta’ Frar 2016 li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għar-reviżjoni tad-deċiżjoni li rrifjutat is-sussidju tal-proposta ta’ riċerka Nru 682937, intitolata “PHercSchools2 – The Hellenistic Philosophical Schools in the Herculaneum Papyri”, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-ERCEA Ares(2015) 5922529 tas 17 ta’ Diċembru 2015 li rrifjutat is-sussidju ta’ din il-proposta ta’ riċerka u, it-tielet nett, ta’ kull att preliminari u konsekuttiv għal dawn l-atti u konness magħhom, b’mod partikolari l-lista tal-proġetti approvati għall-programm ta’ sussidju “ERC-Consolidator Grant”, magħmula pubblika permezz tal-istqarrija għall-istampa tal-ERCEA tat-12 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Graziano Ranocchia huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


Top