EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0104

Kawża T-104/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali FOREVER FASTER — Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”]

ĠU C 129, 24.4.2017, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER)

(Kawża T-104/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FOREVER FASTER - Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”])

(2017/C 129/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti H. O’Neill u K. Sidat Humphreys, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 (Kawża R 7702015-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali FOREVER FASTER.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


Top