Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0627

    Kawża C-627/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu (Il-Portugall) fil-5 ta’ Diċembru 2016 – João Ventura Ramos vs Fundo de Garantia Salarial

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu (Il-Portugall) fil-5 ta’ Diċembru 2016 – João Ventura Ramos vs Fundo de Garantia Salarial

    (Kawża C-627/16)

    (2017/C 070/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: João Ventura Ramos

    Konvenut: Fundo de Garantia Salarial

    Domandi preliminari

    1)

    Terminu ta’ dekadenza applikabbli għat-talba ta’ ħlas mill-istituzzjoni ta’ garanzija ta’ krediti salarjali dovuti huwa iktar vantaġġuż għall-ħaddiema impjegati, fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/94/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, meta l-ħlas ta’ tali krediti jkun żgurat biss meta l-ħlas ikun meħtieġ mill-istituzzjoni ta’ garanzija sa sena mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha ġie xolt il-kuntratt tax-xogħol jew jekk il-bidu tad-dekorriment tat-terminu jitqies li huwa d-data tal-ftuħ ta’ azzjoni ta’ insolvenza, fid-dawl tal-fatt li l-istituzzjoni ta’ garanzija tiżgura biss il-ħlas tal-krediti tal-ħaddiem li jsiru dovuti matul is-sitt xhur li jippreċedu l-ftuħ ta’ tali azzjoni?

    2)

    Fil-każ li ħaddiem iħalli jiddekorri t-terminu minħabba raġunijiet indipendenti mir-responsabbiltà tiegħu, il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri, fid-dawl tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, għandhom jipprevedu terminu addizzjonali għat-tressiq tat-talba tiegħu ta’ ħlas, fil-mument li l-ħaddiem jipprova li ma huwiex responsabbli għan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ dekadenza?


    (1)  ĠU L 283, p. 36.


    Top