Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0334

    Kawża C-334/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Albacete (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2016 – José Luís Núñez Torreiro vs Seguros Chartis Europe S.A.

    ĠU C 305, 22.8.2016, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Albacete (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2016 – José Luís Núñez Torreiro vs Seguros Chartis Europe S.A.

    (Kawża C-334/16)

    (2016/C 305/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Albacete

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: José Luís Núñez Torreiro

    Konvenuta: Seguros Chartis Europe S.A.

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” – jew [fil-leġiżlazzjoni Spanjola] “hecho de la circulación” – bħala riskju tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għall-użu ta’ vetturi bil-mutur, li tagħmel riferiment għalih il-leġiżlazzjoni Komunitarja (fost l-oħrajn, id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (1), fl-Artikolu 3 tagħha), jista’ jiġi ddeterminat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru b’mod differenti minn kif inhuwa ddeterminat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva, l-imsemmi kunċett jista’ jeskludi (minbarra ċerti persuni speċifiċi u ċerti reġistrazzjonijiet jew tipi ta’ vetturi, kif indikat fl-Artikolu 5(1) u (2) tal-imsemmija direttiva) ċirkustanzi ta’ użu skont il-post fejn tintuża l-vettura, bħal ma huma toroq jew terreni “mhux adatti” għall-użu ta’ vetturi?

    3)

    Bl-istess mod, jistgħu jiġu esklużi bħala “hecho de la circulación” attivitajiet speċifiċi tal-vettura marbutin mal-iskop tagħha (bħal ma jista’ jkun l-użu sportiv, industrijali jew agrikolu tagħha) jew mal-intenzjoni tas-sewwieq (bħal ma jista’ jkun it-twettiq ta’ delitt intenzjonali permezz tal-vettura)?


    (1)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11).


    Top