This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0322
Case C-322/16: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 7 June 2016 — Global Starnet Ltd v Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato
Kawża C-322/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Global Starnet Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato
Kawża C-322/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Global Starnet Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato
ĠU C 343, 19.9.2016, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Global Starnet Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato
(Kawża C-322/16)
(2016/C 343/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Global Starnet Ltd
Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato
Domandi preliminari
|
1) |
Prinċipalment: l-Artikolu 267(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-aħħar istanza ma hijiex inkundizzjonalment obbligata li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari fir-rigward ta’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt Ewropew meta, fil-kuntest tal-istess proċedura nazzjonali, il-qorti kostituzzjonali tkun evalwat il-kostituzzjonalità tar-regoli nazzjonali, billi użat, essenzjalment, l-istess parametri regolatorji bħal dawk li l-interpretazzjoni tagħhom qed tintalab lill-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm dawn il-parametri regolatorji huma formalment differenti peress li jinsabu f’dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u mhux f’dispożizzjonijiet tat-Trattati Ewropej? |
|
2) |
Sussidjarjament, fil-każ li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 267(3) TFUE tkun fis-sens li t-tressiq ta’ talba għal deċiżjoni preliminari huwa obbligatorju: Id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tal-Artikoli 26 – Suq Intern – 49 – Dritt ta’ stabbiliment – 56 – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – 63 – Moviment liberu tal-kapital – tat-Trattat FUE u tal-Artikolu 16 – Liberta tal-intrapriża – tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-prinċipju ġenerali ta’ aspettativi leġittimi (li “jagħmel parti mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni”, kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2013, Agrargenossenschaft Neuzelle, C-454/11, EU:C:2013:169) jipprekludu l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 1(78)(b), numri 4, 8, 9, 17, 23 u 25 tal-Liġi Nru 220/2010), li timponi, anki fir-rigward ta’ persuni li diġà huma konċessjonarji fil-kuntest tal-ġestjoni online ta’ logħob awtorizzat mil-liġi, kundizzjonijiet jew obbligi ġodda permezz ta’ addendum għall-kuntratt eżistenti (u mingħajr ma tipprevedi terminu għal aġġustament gradwali)? |