This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0286
Case C-286/16: Request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Cluj (Romania) lodged on 23 May 2016 — SC Exmitiani SRL v Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
Kawża C-286/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2016 – SC Exmitiani SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj
Kawża C-286/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2016 – SC Exmitiani SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj
ĠU C 296, 16.8.2016, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2016 – SC Exmitiani SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj
(Kawża C-286/16)
(2016/C 296/26)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Exmitiani SRL
Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj
Domandi preliminari
1) |
F’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, fejn l-att amministrattiv kontenzjuż ġie adottat qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, filwaqt li d-deċiżjoni tal-awtorità fiskali fuq l-ilment kontra dan l-att ittieħdet wara l-adeżjoni, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jeħtieġ li l-liġi nazzjonali tiġi interpretata fid-dawl tad-direttiva Ewropea applikabbli dwar il-VAT (1)? |
2) |
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi prassi tal-awtorità fiskali, li, abbażi tal-istess fatti, tislet konklużjonijiet differenti minn dawk tal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali, fir-rigward tal-eżenzjoni mill-VAT ta’ servizzi direttament relatati għat-trasport internazzjonali ta’ persuni? |
3) |
Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli nazzjonali li bihom motivi bbażati fuq id-dritt Ewropew li ma tqajmux f’ilment amministrattiv ma jistgħux jiġu invokati fl-istadju tal-proċeduri ġudizzjarji? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.