This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0200
Case C-200/16: Request for a preliminary ruling from the Supremo Tribunal de Justiça (Portugal) lodged on 12 April 2016 — Securitas — Serviços e Tecnologia de Segurança SA v ICTS Portugal — Consultadoria de Aviação Comercial SA and Others
Kawża C-200/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-12 ta’ April 2016 – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA et
Kawża C-200/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-12 ta’ April 2016 – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA et
ĠU C 211, 13.6.2016, pp. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/36 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-12 ta’ April 2016 – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA et
(Kawża C-200/16)
(2016/C 211/47)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA
Konvenuti: ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes, Jorge Alberto Rodrigues Pereira, José Manuel Duque Medeiros, José Octávio Pimentel do Couto Macedo, Márcio Aurélio Mendes, Marco Paulo Viveiros Câmara, Milton César Pimentel Freitas, Milton Miguel Miranda Santos, Nelson Manuel Rego Sousa, Osvaldo Manuel Rego Arruda, Pedro Miguel Amaral Pacheco, Pedro Miguel Costa Tavares, Rui Miguel Costa Tavares, Rui Sérgio Gouveia Terra, Jaime Amorim Amaral Melo, Marcos Daniel Varandas Carvalho, Valter Eurico Rocha da Silva e Sousa
Domandi preliminari
|
1) |
Is-sitwazzjoni deskritta fil-kawża inkwistjoni tikkostitwixxi trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment, fid-dawl tat-trasferiment tal-impriża “ICTS” mill-impriża “SECURITAS”, wara li saret sejħa għal offerti li fiha ntagħżlet l-offerta ta’ “SECURITAS”, li rebħet il-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ viġilanza u ta’ sigurtà li għandhom jitwettqu fil-port ta’ Ponta Delgada, fil-gżira ta’ São Miguel, l-Azores, u t-trasferiment ta’ entità ekonomika jaqa’ taħt l-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu [2001]? |
|
2) |
Is-sitwazzjoni deskritta fil-kawża inkwistjoni tikkostitwixxi sempliċi sitwazzjoni ta’ impriżi kompetituri li jissuċċedu lil xulxin, skont l-għoti tal-provvista ta’ servizzi lill-impriża li rebħet l-imsemmija sejħa pubblika għal offerti, fejn għalhekk għandha tiġi eskluża mill-kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew stabbiliment, fis-sens tal-imsemmija direttiva? |
|
3) |
Sa fejn il-Klawżola 13(2) tal-kuntratt kollettiv tax-xogħol konkluż bejn l-AES u AESIRF u l-iSTAD u assoċjazzjonijiet sindakali oħra tipprovdi li: “It-telf ta’ klijent min-naħa ta’ operatur minħabba l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz lil operatur ieħor ma jaqax taħt il-kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment”, din tmur kontra d-dritt Komunitarju dwar id-definizzjoni ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu [2001]? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)