Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0033

    Kawża C-33/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-20 ta’ Jannar 2016 – A Oy

    ĠU C 111, 29.3.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 111/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-20 ta’ Jannar 2016 – A Oy

    (Kawża C-33/16)

    (2016/C 111/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: A Oy

    Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 148(d) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ tagħbija u ta’ ħatt ta’ merkanzija fuq jew minn bastiment huma provvista ta’ servizzi effettwati għall-bżonnijiet diretti tal-merkanzija għall-bastimenti msemmija fil-punt a) tal-istess artikolu?

    2)

    Fid-dawl tas-sejbiet tal-punt 24 tas-sentenza li l-Qorti tal-Ġustizzja tat fil-Kawżi magħquda C-181/04 sa C-183/04, Elmeka, li l-eżenzjoni prevista mid-dispożizzjoni inkwistjoni ma setgħetx tiġi estiża għas-servizzi pprovduti fi stadju preċedenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-Artikolu 148(d) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għas-servizz inkwistjoni, fejn is-servizz ipprovdut minn subappaltatur tal-kumpannija A Oy matul l-ewwel fażi ta’ tranżazzjonijiet jirrigwarda servizz li huwa materjalment f’relazzjoni diretta mal-merkanzija u li l-kumpannija A Oy tiffattura mill-ġdid lill-impriża ta’ tranżitu jew lill-impriża tat-trasport?

    3)

    Fid-dawl tas-sejbiet tal-punt 24 tas-sentenza Elmeka mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-eżenzjoni prevista mid-dispożizzjoni inkwistjoni tapplika biss għas-servizzi pprovduti lis-sid ta’ bastiment, l-Artikolu 148(d) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-eżenzjoni ma tistax tapplika jekk is-servizz huwa pprovdut lill-proprjetarju tal-merkanzija, bħall-esportatur jew bħall-importatur tal-merkanzija kkonċernata?


    (1)  ĠU L 347, p. 1.


    Top