This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0013
Case C-13/16: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Latvia) lodged on 8 January 2016 — Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde v Rīgas pašvaldības SIA ‘Rīgas satiksme’
Kawża C-13/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-8 ta’ Jannar 2016 – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”
Kawża C-13/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-8 ta’ Jannar 2016 – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”
ĠU C 111, 29.3.2016, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-8 ta’ Jannar 2016 – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”
(Kawża C-13/16)
(2016/C 111/13)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde
Konvenuta: Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”
Domanda preliminari
1) |
Il-frażi “ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu […] il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data”, li tinsab fl-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pulizija nazzjonali hija marbuta li tikkomunika lir-“Rīgas satiksme” id-data personali li tkun talbet u li hija meħtieġa sabiex jiġi ppreżentat rikors fi proċedura ta’ dritt ċivili? Iċ-ċirkustanza, li tirriżulta mill-fatti tal-każ, li l-passiġġier li r-“Rīgas satiksme” qed tipprova tikseb id-data tiegħu kien minorenni fil-mument tal-inċident tista’ taffettwa r-risposta għad-domanda preliminari? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.