This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0011
Case C-11/16: Request for a preliminary ruling from the Commissione tributaria provinciale di Genova (Italy) lodged on 7 January 2016 — Ignazio Messina & C. SpA v Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Kawża C-11/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – Ignazio Messina & C. SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Kawża C-11/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – Ignazio Messina & C. SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
ĠU C 111, 29.3.2016, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – Ignazio Messina & C. SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-11/16)
(2016/C 111/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ignazio Messina & C. SpA
Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Ufficio delle dogane di Genova
Domandi preliminari
1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986 (1), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port Taljan? |
2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port tal-Unjoni, meta din id-differenza hija ġġustifikata mit-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ awtorità pubblika u/jew kompiti u/jew attivitajiet li ma humiex koperti espressament mit-taxxa inkwistjoni? |
3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port tal-Unjoni, meta din id-differenza hija ġġustifikata mit-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ awtorità pubblika minn entitajiet oħra għajr dik li lilha titħallas it-taxxa? |
4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port tal-Unjoni, meta din id-differenza hija ġġustifikata mit-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ awtorità pubblika, iżda mingħajr ma tiġi ddeterminata kull spiża li għandha tiġi koperta, b’tali mod li ma jistax jiġi vverifikat, la a priori u lanqas a posteriori, liema spejjeż marbuta ma liema servizzi kienu effettivament koperti, [u] taħt liema kundizzjonijiet u sa’ liema ammont din it-taxxa kopriet effettivament tali servizzi? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 174).