EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0010

Kawża C-10/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – Ignazio Messina & C. SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

ĠU C 111, 29.3.2016, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – Ignazio Messina & C. SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-10/16)

(2016/C 111/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ignazio Messina & C. SpA

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Capitaneria di porto di Genova

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986 (1), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port Taljan?

2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port tal-Unjoni, meta din id-differenza hija ġġustifikata mit-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ awtorità pubblika u/jew kompiti u/jew attivitajiet li ma humiex koperti espressament mit-taxxa inkwistjoni?

3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port tal-Unjoni, meta din id-differenza hija ġġustifikata mit-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ awtorità pubblika minn entitajiet oħra għajr dik li lilha titħallas it-taxxa?

4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/1986, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-DPR Nru 107/2009, li timponi l-ħlas ta’ taxxa ta’ ammont differenti skont jekk din tapplikax għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port ta’ Stat mhux membru tal-UE jew għal bastimenti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn port tal-Unjoni, meta din id-differenza hija ġġustifikata mit-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ awtorità pubblika, iżda mingħajr ma tiġi ddeterminata kull spiża li għandha tiġi koperta, b’tali mod li ma jistax jiġi vverifikat, la a priori u lanqas a posteriori, liema spejjeż marbuta ma liema servizzi kienu effettivament koperti, [u] taħt liema kundizzjonijiet u sa’ liema ammont din it-taxxa kopriet effettivament tali servizzi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 174).


Top