EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0560
Judgment of the Court (First Chamber) of 7 March 2018.#E.ON Czech Holding AG v Michael Dĕdouch and Others.#Request for a preliminary ruling from the Nejvyšší soud.#Reference for a preliminary ruling — Regulation (EC) No 44/2001 — Jurisdiction in civil and commercial matters — Exclusive jurisdiction — Article 22(2) — Validity of decisions of the organs of companies or legal persons having their seat in the territory of a Member State — Exclusive jurisdiction of the courts of that Member State — Decision of the general meeting of a company ordering the compulsory transfer to that company’s principal shareholder of the shares held by the company’s minority shareholders and determining the consideration to be paid to them by the principal shareholder — Judicial procedure for reviewing the reasonableness of that consideration.#Case C-560/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018.
E.ON Czech Holding AG vs Michael Dĕdouch et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší soud České republiky.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali – Ġurisdizzjonijiet esklużivi – Il-punt 2 tal-Artikolu 22 – Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru – Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar – Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv.
Kawża C-560/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018.
E.ON Czech Holding AG vs Michael Dĕdouch et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší soud České republiky.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali – Ġurisdizzjonijiet esklużivi – Il-punt 2 tal-Artikolu 22 – Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru – Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar – Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv.
Kawża C-560/16.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:167
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
7 ta’ Marzu 2018 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali – Ġurisdizzjoni esklużiva – Il-punt 2 tal-Artikolu 22 – Validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dan l-Istat Membru – Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija li tordna t-trasferiment obbligatorju tat-titoli tal-azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju tagħha u li tistabbilixxi l-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lilhom minn dan tal-aħħar – Proċedura ġudizzjarja li għandha l-għan li tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv”
Fil-Kawża C‑560/16,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2016, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Novembru 2016, fil-proċedura
E.ON Czech Holding AG
vs
Michael Dědouch,
Petr Streitberg,
Pavel Suda,
fil-preżenza ta’:
Jihočeská plynárenská, a.s.,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Wathelet,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal E.ON Czech Holding AG, minn D. Vosol, advokát, |
– |
għal Dědouch, Streitberg u Suda, minn P. Zima, advokát, |
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u J. Hradil, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑16 ta’ Novembru 2017,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punti 1(a) u 3 tal-Artikolu 5 kif ukoll il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn E.ON Czech Holding AG (iktar ’il quddiem “E.ON”) u Michael Dědouch, Petr Streitberg u Pavel Suda dwar l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tneħħija tal-azzjonijisti minoritarji, E.ON kienet obbligata tħallashom wara t-trasferiment obbligatorju tat-titoli li kellhom f’Jihočeská plynárenská, a.s. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessi 2, 11 u 12 tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxu:
[…]
|
4 |
L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi: “Dan ir-Regolament għandu japplika f’materji ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. M’għandux jestendi b’mod partikolari, għal introjtu minn taxxi, dwana jew materji amministrattivi.” |
5 |
Skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament: “Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.” |
6 |
L-Artikolu 5 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej: “Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:
[…]
[…]” |
7 |
L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprevedi: “Persuna li tkun domiċiljata fi Stat Membru tista’ wkoll tiġi mfittxija:
[…]” |
8 |
L-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Dawn il-qrati li ġejjin għandhom ikollhom ġurisdizzjoni esklussiva, independentament mid-domiċilju: […]
[…]” |
Id-dritt Ċek
9 |
L-Artikolu 183i taz-zákon č. 513/1991 Sb., obchodní zákoník (il-Liġi Nru 513/1991, li tirrigwarda l-Kodiċi tal-Kummerċ, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi: “(1) Persuna li għandha titoli ta’ sehem ta’ kumpannija (a) li l-valur nominali totali tagħhom huwa ekwivalenti għal mill-inqas 90 % tal-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, jew (b) li jissostitwixxu titoli ta’ sehem ta’ kumpannija li l-valur nominali totali tagħhom huwa ekwivalenti għal mill-inqas 90 % tal-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, jew (c) li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tad-drittijiet tal-vot tal-kumpannija (iktar ’il quddiem l-‘azzjonist prinċipali’) għandha l-possibbiltà li titlob lill-kunsill ta’ amministrazzjoni jsejjaħ laqgħa ġenerali, sabiex jieħu deċiżjoni dwar it-trasferiment tat-titoli l-oħra kollha ta’ sehem tal-kumpannija lilha. […] (3) Ir-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali tidentifika lill-azzjonist prinċipali, fiha l-elementi li jistabbilixxu li dan l-azzjonist huwa tassew l-azzjonist prinċipali u tindika l-ammont tal-korrispettiv […] kif ukoll it-terminu relatat mal-pagament tiegħu.” |
10 |
L-Artikolu 183k ta’ din il-liġi tipprevedi: “(1) Id-detenturi tat-titoli ta’ sehem għandhom il-possibbiltà, mid-data li fiha jirċievu l-istedina sabiex jipparteċipaw fil-laqgħa ġenerali jew tan-notifika li ser tinżamm din il-laqgħa ġenerali, li jitolbu lil qorti tistħarreġ in-natura raġonevoli tal-korrispettiv; […] […] (3) Id-deċiżjoni ta’ qorti li tagħti d-dritt għal ammont differenti tal-korrispettiv hija vinkolanti għall-azzjonist prinċipali u l-kumpannija, f’dak li jikkonċerna l-bażi tad-dritt mogħti, l-istess fir-rigward tad-detenturi l-oħra ta’ titoli ta’ sehem. […] (4) Deċiżjoni skont liema l-korrispettiv ma jkunx raġonevoli ma għandhiex l-effett li tinvalida r-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali adottata f’konformità mal-Artikolu 183i(1) (5) Deċiżjoni skont liema l-korrispettiv ma jkunx raġonevoli ma tistax tiġi invokata għall-finijiet ta’ rikors għal invalidità tar-riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa ġenerali msemmi fl-Artikolu 131.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
11 |
Permezz ta’ riżoluzzjoni tat-8 ta’ Diċembru 2006, il-laqgħa ġenerali ta’ Jihočeská plynárenská ddeċidiet dwar it-trasferiment obbligatorju tat-titoli kollha ta’ sehem ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist prinċipali tagħha, E.ON. |
12 |
Din ir-riżoluzzjoni kienet tindika l-ammont tal-korrispettiv li dan tal-aħħar kien obbligat li jħallas lill-azzjonisti minoritarji wara dan it-trasferiment. |
13 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2007, M. Dědouch, P. Streitberg u P. Suda talbu lill-Krajský soud v Českých Budějovicích (il-Qorti Reġjonali ta’ České Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) tistħarreġ dwar in-natura raġonevoli ta’ dan il-korripsettiv. |
14 |
Matul din il-proċedura, E.ON qajmet eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati Ċeki, fejn sostniet li, fid-dawl tal-post tas-sede tagħha, il-qrati Ġermaniżi biss kienu jgawdu mill-ġurisdizzjoni internazzjonali. |
15 |
Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Awwissu 2009, il-Krajský soud v Českých Budějovicích (il-Qorti Reġjonali ta’ České Budějovice) ċaħdet din l-eċċezzjoni minħabba li l-qrati Ċeki kellhom ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-punt 1 tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 44/2001 biex jieħdu konjizzjoni tar-rikors. |
16 |
E.ON appellat din id-deċiżjoni quddiem il-Vrchní soud v Praze (il-Qorti Superjuri ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), li, permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Ġunju 2010, qieset li l-kawża li kienet adita biha kienet taqa’ taħt il-punt 2 tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament u li, b’kunsiderazzjoni tal-post tas-sede ta’ Jihočeská plynárenská, huma l-qrati Ċeki li għandhom il-ġurisdizzjoni internazzjonali. |
17 |
Adita b’rikors kostituzzjonali ppreżentat minn E.ON, l-Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012, annullat dan id-digriet u bagħtet il-kawża lura lill-Vrchní soud v Praze (il-Qorti Superjuri ta’ Praga). |
18 |
Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Mejju 2014, il-Vrchní soud v Praze (il-Qorti Superjuri ta’ Praga) qieset li l-qrati Ċeki għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali fuq il-bażi tal-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001. |
19 |
E.ON ippreżentat appell minn dan id-digriet quddiem il-qorti tar-rinviju. |
20 |
Huwa f’dan il-kuntest li n-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema, ir-Repubblika Ċeka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
21 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, jekk il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li rikors, bħal dak fil-kawża prinċipali, li għandu bħala suġġett l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija għandu jħallas lill-azzjonisti minoritarji ta’ din fil-każ tat-trasferiment obbligatorju tal-azzjonijiet tagħhom lil dan l-azzjonist prinċipali, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita din il-kumpannija. |
22 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kawża prinċipali, għalkemm ir-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali ta’ Jihočeská plynárenská kienet kemm dwar it-trasferiment tal-azzjonijiet ta’ din lill-azzjonist prinċipali kif ukoll fuq l-istabbiliment tal-ammont tal-korrispettiv li għandu jitħallas lill-azzjonisti minoritarji, M. Dědouch, P. Streitberg u P. Suda sempliċement jikkontestaw, fir-rikors tagħhom, in-natura raġonevoli ta’ dan l-ammont. |
23 |
Issa, jekk wieħed jassumi li dan ir-rikors jagħti lok għal deċiżjoni li biha l-imsemmi ammont ma huwiex raġonevoli, id-dritt Ċek jeskludi espressament li din id-deċiżjoni jista’ jkollha l-effett li tinvalida r-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali fir-rigward ta’ dan it-trasferiment jew li tista’ tiġi invokata għall-finijiet ta’ rikors ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ din ir-riżoluzzjoni. |
24 |
Konsegwentment, skont interpretazzjoni letterali tal-kliem tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, ma jidhirx b’mod ċert li tali rikors jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni, peress li r-regola tal-ġurisdizzjoni ddikjarata minn din hija applikabbli fil-qasam tal-“validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-organi” tal-kumpanniji jew tal-persuni ġuridiċi. |
25 |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu, b’riferiment għas-sistema u għall-għanijiet tiegħu (sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2006, Reisch Montage, C‑103/05, EU:C:2006:471, punt 29; tat-2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty, C‑372/07, EU:C:2008:534, punt 17, kif ukoll tas‑16 ta’ Jannar 2014, Kainz, C‑45/13, EU:C:2014:7, punt 19). |
26 |
Fir-rigward tal-kuntest u l-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 44/2001, għandu jitfakkar li l-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, jiġifieri dik tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikollu d-domiċilju, hija r-regola ġenerali. Huwa biss b’eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, li l-imsemmi regolament jipprevedi regoli speċjali u esklużivi ta’ ġurisdizzjoni f’każi elenkati b’mod limitat fejn il-konvenut jista’ jew għandu, skont il-każ, jiġi mħarrek quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor (sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2006, Reisch Montage, C‑103/05, EU:C:2006:471, punt 22, u tat-12 ta’ Mejju 2011, BVG, C‑144/10, EU:C:2011:300, punt 30). |
27 |
Dawn ir-regoli speċjali u esklużivi ta’ ġurisdizzjoni għandhom, għalhekk, jiġu interpretati b’mod restrittiv. Fil-fatt, bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 ma għandhomx jiġu interpretati f’sens iktar wiesa’ milli jitlob l-għan tagħhom (sentenzi tat-2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty, C‑372/07, EU:C:2008:534, punti 18 u 19, kif ukoll tat-12 ta’ Mejju 2011, BVG, C‑144/10, EU:C:2011:300, punt 30). |
28 |
Dwar l-għanijiet u l-iskop tar-Regolament Nru 44/2001, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-premessi 2 u 11, dan huwa intiż sabiex jgħaqqad ir-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam ċivili u kummerċjali permezz ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni li jippreżentaw grad għoli ta’ prevedibbiltà. Dan ir-regolament għandu għalhekk għan ta’ ċertezza legali li jikkonsisti fit-tisħiħ tal-protezzjoni legali tal-persuni stabbiliti fl-Unjoni, billi jippermetti kemm li r-rikorrent jidentifika faċilment il-qorti li fiha jista’ jibda proċedura legali kif ukoll li l-konvenut jipprevedi b’mod raġonevoli dik il-qorti li fiha huwa jista’ jiġi mfittex (sentenzi tat-23 ta’ April 2009, Falco Privatstiftung u Rabitsch, C‑533/07, EU:C:2009:257, punti 21 u 22; tas-17 ta’ Marzu 2016, Taser International, C‑175/15, EU:C:2016:176, punt 32, kif ukoll tal-14 ta’ Lulju 2016, Granarolo, C‑196/15, EU:C:2016:559, punt 16). |
29 |
Barra minn hekk, kif jirriżulta wkoll mill-premessa 12 tal-imsemmi regolament, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni li jidderogaw mir-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu l-konvenut huwa ddomiċiljat jissumplementaw din tal-aħħar meta jkun hemm rabta stretta bejn il-qorti nnominata minn dawn ir-regoli u t-tilwima jew sabiex tiffaċilita amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. |
30 |
B’mod partikolari, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva previsti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 huma intiżi sabiex il-kawżi previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet ikunu rriżervati għall-qrati li jkollhom konnessjoni sostantiva u ġuridika ma dawn il-kawżi (ara, fir-rigward tal-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ natura ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32) fejn id-dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi għal dawk tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, sentenza tat-13 ta’ Lulju 2006, GAT, C‑4/03, EU:C:2006:457, punt 21), jiġifieri li jagħti ġurisdizzjoni esklużiva lill-qrati ta’ Stat Membru f’ċirkustanzi partikolari fejn, fid-dawl tal-materja inkwistjoni, dawn il-qrati jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawżi li jaqgħu taħtha minħabba l-eżistenza ta’ rabta partikolarment stretta bejn dawn il-kawżi u l-imsemmi Stat Membru (sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2011, BVG, C‑144/10, EU:C:2011:300, punt 36). |
31 |
Għalhekk, l-għan essenzjali segwit mill-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 huwa li jiċċentralizza l-ġurisdizzjoni sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet kontradittorji f’dak li jirrigwarda l-eżistenza tal-kumpanniji u l-validità tad-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom (sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty, C‑372/07, EU:C:2008:534, punt 20). |
32 |
Fil-fatt, il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha s-sede tagħha jidhru fl-aħjar pożizzjoni sabiex jaqtgħu dawn il-kawżi, b’mod partikolari minħabba li l-formalitajiet ta’ pubbliċità tal-kumpannija jsiru fl-istess Stat. L-attribuzzjoni ta’ tali ġurisdizzjoni esklużiva lil dawn il-qrati għalhekk titwettaq fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja (sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty, C‑372/07, EU:C:2008:534, punt 21). |
33 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li minn dan ma jistax jiġi dedott li huwa suffiċjenti, sabiex japplika l-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, li azzjoni ġudizzjarja tippreżenta xi rabta kwalunkwe ma’ deċiżjoni meħuda minn organu ta’ kumpannija (sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty, C‑372/07, EU:C:2008:534, punt 22) u li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tkopri biss kawżi fejn parti tikkontesta l-validità ta’ deċiżjoni ta’ organu ta’ kumpannija fid-dawl tad-dritt tal-kumpanniji applikabbli jew ta’ dispożizzjonijiet statutarji dwar it-tħaddim tal-organi tagħha (sentenzi tat‑2 ta’ Ottubru 2008, Hassett u Doherty, C‑372/07, EU:C:2008:534, punt 26, kif ukoll tat-23 ta’ Ottubru 2014, flyLAL-Lithuanian Airlines, C‑302/13, EU:C:2014:2319, punt 40). |
34 |
F’dan il-każ, għalkemm huwa veru li, skont id-dritt Ċek proċedura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax twassal formalment għal deċiżjoni li għandha bħala effett li tinvalida riżoluzzjoni ta’ laqgħa ġenerali ta’ kumpannija dwar it-trasferiment obbligatorju ta’ titoli ta’ azzjonisti minoritarji ta’ din il-kumpannija lill-azzjonist maġġoritarju ta’ din, xorta jibqa’ l-fatt li, konformement mar-rekwiżiti tal-interpretazzjoni awtonoma u tal-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, il-portata tal-punt 2 tal-Artikolu 22 ta’ dan ma tkunx tiddependi mill-għażliet magħmula fid-dritt intern tal-Istati Membri jew li jvarjaw skont dan. |
35 |
Issa, minn naħa, din il-proċedura għandha l-oriġini tagħha fil-konstatazzjoni tal-ammont tal-korrispettiv relattiv għal tali trasferiment, u, min-naħa l-oħra, għandha bħala suġġett l-istħarriġ tan-natura raġonevoli ta’ dan l-ammont. |
36 |
Minn dan isegwi li fir-rigward tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, proċedura ġudizzjarja bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-istħarriġ tal-validità parzjali ta’ deċiżjoni ta’ organu ta’ kumpannija u li tali proċedura tista’, minħabba dan il-fatt, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, kif huwa previst mill-formulazzjoni ta’ din tal-aħħar. |
37 |
Għalhekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti adita b’tali talba ta’ stħarriġ għandha teżamina l-validità ta’ deċiżjoni ta’ organu ta’ kumpannija sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda l-iffissar tal-imsemmi ammont, tiddeċiedi jekk dan tal-aħħar huwiex raġonevoli kif ukoll, skont il-każ, tannulla l-imsemmija deċiżjoni dwar dan il-punt u tiffissa ammont differenti tal-korripsettiv. |
38 |
Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, li biha din id-dispożizzjoni tapplika għal proċedura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija konformi mal-għan essenzjali segwit mill-imsemmija dispożizzjoni u ma għandhiex bħala effett li tesendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din lil hinn milli huwa meħtieġ minn dan il-għan. |
39 |
F’dan ir-rigward, l-eżistenza ta’ rabta stretta bejn il-qrati tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu hija stabbilita Jihočeská plynárenská, f’dan il-każ il-qrati Ċeki, u t-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija manifesta. |
40 |
Fil-fatt, minbarra l-fatt li Jihočeská plynárenská hija kumpannija rregolata mid-dritt Ċek, mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-riżoluzzjoni tal-laqgħa ġenerali li ffissat l-ammont tal-korrispettiv li huwa s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali kif ukoll l-atti u l-formalitajiet dwar din ġew imwettqa konformement mad-dritt Ċek u bil-lingwa Ċeka. |
41 |
Bl-istess mod, huwa paċifiku li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni għandha tapplika d-dritt sostantiv Ċek fil-kawża prinċipali. |
42 |
Konsegwentement, fid-dawl tar-rabta stretta bejn it-tilwima fil-kawża prinċipali u l-qrati Ċeki, dawn huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din it-tilwima dwar l-istħarriġ tal-validità parzjali tal-imsemmija riżoluzzjoni u l-għoti, skont il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, ta’ ġurisdizzjoni esklużiva lil dawn il-qrati huwa ta’ natura li jiffaċilita l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. |
43 |
L-għoti ta’ din il-ġurisdizzjoni lill-qrati Ċeki hija wkoll konformi mal-għanijiet ta’ prevedibbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni u ta’ ċertezza legali mfittxija mir-Regolament Nru 44/2001, peress li, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-azzjonisti ta’ kumpannija, b’mod partikolari l-azzjonist prinċipali, għandhom jistennew li l-qrati tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu din il-kumpannija hija stabbilita jkunu l-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kull tilwima interna tal-imsemmija kumpannija dwar l-istħarriġ tal-validità parzjali ta’ deċiżjoni ta’ organu ta’ kumpannija. |
44 |
Barra minn hekk, sa fejn l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija jista’ jibdel matul l-eżistenza ta’ din il-kumpannija, l-applikazzjoni tar-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu l-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu, prevista fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali dan ma jippermettix li jiġi żgurat it-twettiq tal-imsemmija għanijiet. |
45 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li rikors, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu bħala suġġett l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija għandu jħallas lill-azzjonisti minoritarji ta’ din fil-każ tat-trasferiment obbligatorju tal-azzjonijiet tagħhom lil dan l-azzjonist prinċipali, jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita din il-kumpannija. |
Fuq it-tieni u t-tielet domandi
46 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domandi. |
Fuq l-ispejjeż
47 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġ interpretat fis-sens li rikors, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu bħala suġġett l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali ta’ kumpannija għandu jħallas lill-azzjonisti minoritarji ta’ din fil-każ tat-trasferiment obbligatorju tal-azzjonijiet tagħhom lil dan l-azzjonist prinċipali, jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita din il-kumpannija. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.