This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0522
Case C-522/16: Judgment of the Court (Third Chamber) of 19 October 2017 (request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — A v Staatssecretaris van Finaciën (Reference for a preliminary ruling — Customs union and Common Customs Tariff — Regulation (EEC) No 2913/92 — Second subparagraph of Article 201(3) and Article 221(3) and (4) — Regulation (EEC) No 2777/75 — Regulation (EC) No 1484/95 — Additional import duties — Artificial arrangement intended to avoid the additional duties due — Customs declaration based on false information — Persons capable of being held liable for the customs debt — Limitation period)
Kawża C-522/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali u Tariffa Doganali Komuni — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 201(3), it-tieni subparagrafu, kif ukoll Artikolu 221(3) u (4) — Regolament (KEE) Nru 2777/75 — Regolament (KE) Nru 1484/95 — Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni — Arranġament artifiċjali intiż sabiex jiġu evitati d-dazji addizzjonali dovuti — Dikjarazzjoni doganali bbażata fuq informazzjoni ta’ natura falza — Persuni li jistgħu jitqiesu responsabbli għad-dejn doganali — Terminu ta’ preskrizzjoni)
Kawża C-522/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali u Tariffa Doganali Komuni — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 201(3), it-tieni subparagrafu, kif ukoll Artikolu 221(3) u (4) — Regolament (KEE) Nru 2777/75 — Regolament (KE) Nru 1484/95 — Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni — Arranġament artifiċjali intiż sabiex jiġu evitati d-dazji addizzjonali dovuti — Dikjarazzjoni doganali bbażata fuq informazzjoni ta’ natura falza — Persuni li jistgħu jitqiesu responsabbli għad-dejn doganali — Terminu ta’ preskrizzjoni)
ĠU C 424, 11.12.2017, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – A vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-522/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali u Tariffa Doganali Komuni - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 201(3), it-tieni subparagrafu, kif ukoll Artikolu 221(3) u (4) - Regolament (KEE) Nru 2777/75 - Regolament (KE) Nru 1484/95 - Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni - Arranġament artifiċjali intiż sabiex jiġu evitati d-dazji addizzjonali dovuti - Dikjarazzjoni doganali bbażata fuq informazzjoni ta’ natura falza - Persuni li jistgħu jitqiesu responsabbli għad-dejn doganali - Terminu ta’ preskrizzjoni))
(2017/C 424/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
|
1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dokumenti li l-produzzjoni tagħhom hija meħtieġa mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95, tat-28 ta’ Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/1999, tad-29 ta’ Marzu 1999, jikkostitwixxu informazzjoni neċessarja għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni doganali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “debitur” ta’ dejn doganali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-persuna fiżika li tkun strettament u konsapevolment involuta fit-tfassil u fil-ħolqien artifiċjali ta’ struttura ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li kellha bħala effett li tnaqqas l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni legalment dovuti, għalkemm ma kkomunikatx hija stess l-informazzjoni li serviet ta’ bażi għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni doganali, meta jirriżulta miċ-ċirkustanzi li din il-persuna kellha jew kellu raġonevolment ikollha għarfien tal-fatt li t-tranżazzjonijiet ikkonċernati minn din l-istruttura twettqu mhux fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali normali, iżda biss bil-għan li jinkisbu abbużivament il-vantaġġi previsti mid-dritt tal-Unjoni. Il-fatt li l-imsemmija persuna ma tkunx issoktat bit-tfassil u bil-ħolqien artifiċjali ta’ din l-istruttura, wara li tkun kisbet, min-naħa ta’ esperti tad-dritt doganali, l-assigurazzjoni tal-legalità tagħha, ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward. |
|
3) |
L-Artikolu 221(4) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fi-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li d-dejn doganali fuq l-importazzjoni jitnissel, konformement mal-Artikolu 201(1) tiegħu, mir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera ta’ beni suġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni ma huwiex ta’ natura, fih innifsu, li jeskludi l-possibbiltà li ssir komunikazzjoni lid-debitur tal-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni dovuti għal tali beni wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 221(3) ta’ dan ir-regolament, kif emendat. |