Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0498

    Kawża C-498/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 15 u 16 — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Kunċett ta’ “konsumatur” — Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist)

    ĠU C 104, 19.3.2018, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited

    (Kawża C-498/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 15 u 16 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Trasferiment bejn konsumaturi ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-istess professjonist))

    (2018/C 104/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Maximilian Schrems

    Konvenuta: Facebook Ireland Limited

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li utent ta’ kont Facebook privat ma jitlifx il-kwalità ta’ “konsumatur”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, meta jippubblika kotba, jagħti konferenzi, jopera siti internet, jiġbor donazzjonijiet u jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ diversi konsumaturi sabiex jinvokahom quddiem qorti.

    2)

    L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-azzjoni ta’ konsumatur intiża sabiex jiġu invokati, fil-qrati tal-post fejn huwa domiċiljat, mhux biss id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll drittijiet ittrasferiti minn konsumaturi oħra domiċiljati fl-istess Stat Membru, fi Stati Membri oħra jew fi Stati terzi.


    (1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


    Top