Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0037

    Kawża C-37/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP (SAWP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi bi ħlas” — Ħlas ta’ miżati lil soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati bħala kumpens ġust — Esklużjoni)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP (SAWP)

    (Kawża C-37/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi bi ħlas” - Ħlas ta’ miżati lil soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati bħala kumpens ġust - Esklużjoni))

    (2017/C 070/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Minister Finansów

    Konvenuta: Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP (SAWP)

    Fil-preżenza ta’: Prokuratura Generalna, Stowarzyszenie Zbiorowego Zarządzania Prawami Autorskimi Twórców Dzieł Naukowych i Technicznych Kopipol, Stowarzyszenie Autorów i Wydawców Copyright Polska

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni ma jwettqux provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-direttiva, lill-produtturi u lill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni li mingħandhom is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati jiġbru, għall-benefiċċju ta’ dawn id-detenturi iżda f’isimhom stess, miżati fuq il-bejgħ ta’ dan l-apparat u tagħmir.


    (1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


    Top