EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0541

Kawża T-541/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Industrie Aeronautiche Reggiane vs UASI – Audi (NSU)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Industrie Aeronautiche Reggiane vs UASI – Audi (NSU)

(Kawża T-541/15)

(2015/C 381/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentant: M. Gurrado, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “NSU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 593 492

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 2132/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement l-UASI għandu jwettaq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja;

tikkundanna lil Audi AG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Audi AG naqset milli turi użu ġenwin mit-trade mark preċedenti;

eżistenza ta’ differenza bejn il-komponenti u l-prodotti lesti;

eżistenza ta’ differenza bejn ir-roti u l-prodotti indikati fit-talba għal limitazzjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014.


Top