Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0509

    Kawża T-509/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)

    ĠU C 354, 26.10.2015, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 354/45


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)

    (Kawża T-509/15)

    (2015/C 354/55)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kessel medintim GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u U. Staudenmaier, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Janssen-Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Premeno” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 408 926

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 349/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

    sussidjarjament: tibgħat lura l-oppożizzjoni quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi invokati

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top