EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0505

Kawża T-505/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/47


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-505/15)

(2015/C 381/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér, G. Koós u A. Pálfy, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) C (2015) 4076, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha huma esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż imwettqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FAEŻR), sa fejn tipprovdi, fir-rigward tal-Ungerija, li l-ammont ta’ EUR 6 3 24  349,33 għandu jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni mal-verifika tal-kundizzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni indikat li, konformement mal-prinċipji bażiċi li jirregolaw il-verifika tal-ammissibbiltà, għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet fundamentali fil-kuntest ta’ verifika kemm is-sanzjonijiet li ma jkunux imposti minħabba li l-verifiki dwar l-art marbuta mal-kundizzjonalità (ir-rekwiżiti legali ta’ ġestjoni u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin) ma jkunux twettqu, jew inkella jkunu twettqu b’mod mhux korrett, u kemm is-sanzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet normattivi li iżda ma jkollhomx il-forza dissważiva tagħhom minħabba li ma jkunux ġew applikati jew minħabba li jkunu ġew applikati b’mod żbaljat. Il-Kummissjoni żiedet li, fil-każ tal-hekk imsejħa “nuqqasijiet minuri”, previsti fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-awtoritajiet Ungeriżi applikaw marġni ta’ tolleranza li wassal sabiex ma ġewx imposti sanzjonijiet u sabiex ma ttieħdux inkunsiderazzjoni, kuntrarjament għad-dritt tal-Unjoni, l-aspetti marbuta mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.


Top