EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0499

Kawża T-499/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMILE)

ĠU C 354, 26.10.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMILE)

(Kawża T-499/15)

(2015/C 354/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SMILE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 125 601

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet magħquda R 1565/2014-2 u R 1939/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top