EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0125

Kawża T-125/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – Unicorn vs UASI – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN)

ĠU C 171, 26.5.2015, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – Unicorn vs UASI – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN)

(Kawża T-125/15)

(2015/C 171/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unicorn a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mercilink Equipment Leasing Ltd (Limassol, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “UNICORN” – Trade mark Komunitarja Nru 1 1 0 14  701

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 150/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

l-UASI ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-provi prodotti mill-applikant;

l-UASI ikkunsidrat b’mod żbaljat ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.


Top