Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0074

    Kawża T-74/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 171, 26.5.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/25


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-74/15)

    (2015/C 171/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Ampazis and M. Sfyri, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (ESTAT/GO/MHF/GI/MH/nf D (2014) tat-8 ta’ Diċembru 2014), innotifikata lir-rikorrenti bħala anness mal-Formola ta’ Informazzjoni Addizzjonali għall-Konsumatur DESIS III-000455-6000494078-REQ-O1-CINF-03, tad-9 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-offerta tagħhom dwar it-talba għal servizzi Nru DESIS III-000455-6000494078-REQ-01 fil-kuntest tal-kuntratt qafas ESP DESIS III Lott nru 4,

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, innotifikata lir-rikorrenti bħala anness mal-Formola ta’ Informazzjoni Addizzjonali DESIS 111-000485-6000494078-REQ-001-CINF-02, tat-12 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-offerta tagħhom dwar it-talba għal servizzi Nru DESIS III-000485-6000494078-REQ-01, fil-kuntest tal-kuntratt qafas ESP-DESIS III Lott nru 4,

    tordna lill-Kummissjoni tħallas id-danni li sofrew ir-rikorrenti li rriżultaw mit-telf ta’ opportunità fil-każ ta’ DESIS III000485-6000494078-REQ-OI-CINF-02, fl-ammont ta’ EUR 1 2 00  000, inklużi l-interessi,

    tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż l-oħra inkorsi fir-rigward ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    L-ewwel nett, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni fl-evalwazzjoni tal-offerti tagħhom f’DESIS III-000455-6000494078-REQ-01 u DESIS III-000485-6000494-078-REQ-01.

    It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-offerta tagħhom f’DESIS 111-000485-6000494078-REQ-01.


    Top