EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0590

Kawża T-590/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2016 – Onix Asigurări vs EIOPA (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni — Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni għal allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni — Deċiżjoni tal-President tal-EIOPA li ma tinfetaħx investigazzjoni — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad bħala inammissibbli l-kontestazzjoni — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 305, 22.8.2016, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2016 – Onix Asigurări vs EIOPA

(Kawża T-590/15) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni għal allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni tal-President tal-EIOPA li ma tinfetaħx investigazzjoni - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad bħala inammissibbli l-kontestazzjoni - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 305/50)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Onix Asigurări SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Vladu, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Coucke u S. Dispiter, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamman, avukat)

Suġġett

Minn naħa, prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-EIOPA naqset, b’mod illegali, milli tieħu deċiżjoni kontra l-applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346), mill-Istituto per la Vigilanza sulle Assicurazioni (IVASS, awtorità superviżorja Taljana għas-settur tal-assigurazzjoni) u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni EIOPA-14-267 tal-President tal-EIOPA, tas-6 ta’ Ġunju 2014, dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU 2010, L 331, p. 48), u tad-Deċiżjoni BOA 2015 001 tal-Bord tal-Appell, tat-3 ta’ Awwissu 2015, li tiċħad bħala inammissibbli rikors ippreżentat minn Onix Asigurări skont l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1094/2010 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba n-nuqqas li tittieħed azzjoni msemmi iktar ’il fuq u l-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Onix Asigurări SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA).


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


Top