EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0178

Kawża T-178/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2016 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni [“Sistema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti — Regolament (UE) Nru 1151/2012 — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar preżentata tardiva tal-att ta’ oppożizzjoni tagħhom — Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

ĠU C 270, 25.7.2016, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2016 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/15) (1)

([“Sistema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Ittra tal-Kummissjoni li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar preżentata tardiva tal-att ta’ oppożizzjoni tagħhom - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2016/C 270/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kohrener Landmolkerei GmbH (Penig, il-Ġermanja) u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (Frohburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A Wagner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Guillem Carrau u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni fl-ittra tad-9 ta’ Frar 2015 tad-Direttur tad-Direttorat B — “Relazzjonijiet multilaterali, politika ta’ kwalità” tad-Direttorat Generali “Agrikoltura u żvilupp rurali” tal-Kummissjoni, bir-referenza Ares (2015)529719, li tinforma lill-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti li l-preżentata fil-5 ta’ Jannar 2015 tal-att tal-oppożizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51(1) tar-Regoalment (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1) kien barra mit-terminu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Kohrener Landmolkerei GmbH u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015


Top