EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0477

Kawża T-477/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA

(Kawża T-477/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 104/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, (Ateni, il-Grèċja) (rappreżentanti: M. Sfyri, D. Papadopoulou u C. N. Dede, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment E. Maurage, W. Broere u M. Heikkilä, sussegwentement W. Broere u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet, ikkomunikati lir-rikorrenti b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħhom l-ECHA ċaħdet l-offerta tal-konsorzju European Dynamics għall-attribuzzjoni tal-Kuntratt ECHA/2014/86, dwar il-provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA, u tat dan il-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


Top