Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0325

    Kawża T-325/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs EUIPO – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Choco Love — Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti CHOCOLATE, CSOKICSŐ u Chocolate Brown — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs EUIPO – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)

    (Kawża T-325/15) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Choco Love - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti CHOCOLATE, CSOKICSŐ u Chocolate Brown - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2017/C 070/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Budapest, l-Ungarija) (rappreżentant: Á. László, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Moisescu u A. Schifko, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Budapest)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1369/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató u Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


    Top