Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0149

    Kawża T-149/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Ben Ali vs Il–Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Bażi legali — Iskrizzjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrenti bbażata fuq raġuni ġdida — Obbligu ta’ motivazzjoni — Bażi fattwali — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità”)

    ĠU C 392, 20.11.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Ben Ali vs Il–Kunsill

    (Kawża T-149/15) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Bażi legali - Iskrizzjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrenti bbażata fuq raġuni ġdida - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi fattwali - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

    (2017/C 392/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sirine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentant: S. Maktouf, avukat)

    Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment Á. de Elera-San Miguel Hurtado u G. Étienne, sussegwentement Á. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 29), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/147, tat-30 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Sirine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal–Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


    Top