This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0153
Case F-153/15: Action brought on 28 December 2015 — ZZ and Others v EEAS
Kawża F-153/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – ZZ et vs SEAE
Kawża F-153/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – ZZ et vs SEAE
ĠU C 111, 29.3.2016, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/44 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – ZZ et vs SEAE
(Kawża F-153/15)
(2016/C 111/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE, ippreżentata fir-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, sa fejn din tikkostitwixxi l-ewwel applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ 25 % sa 20 % tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja skont deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ.
Talbiet
— |
tiddikjara d-deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ tas-SEAE tat-23 ta’ Frar 2015 inapplikabbli għar-rikorrenti; |
— |
konsegwentement, tannulla r-rendikont ta’ remunerazzjoni tagħhom ta’ Marzu 2015, u dak stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw ICV ta’ 20 %; |
— |
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż. |