Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FB0069

Kawża F-69/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Kaufmann vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Skema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard — Servizzi ta’ assistenti mediċi — Awtorizzazzjoni minn qabel — Kundizzjonijiet — Obbligu tal-użu tas-servizzi ta’ fornituri ta’ servizz legalment awtorizzati li jipprovdu servizzi ta’ assistenti mediċi jew servizzi ta’ “nursing” — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Dmir ta' premura — Limiti — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

ĠU C 296, 16.8.2016, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/44


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Kaufmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-69/15)

((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Skema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard - Servizzi ta’ assistenti mediċi - Awtorizzazzjoni minn qabel - Kundizzjonijiet - Obbligu tal-użu tas-servizzi ta’ fornituri ta’ servizz legalment awtorizzati li jipprovdu servizzi ta’ assistenti mediċi jew servizzi ta’ “nursing” - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Dmir ta' premura - Limiti - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 296/54)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sandra Kaufmann (Böhl-Iggelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Turk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lil persuna li kienet uffiċjal, li tagħha r-rikorrenti hija aventi kawża, l-awtorizzazzjoni minn qabel li tibbenefika mis-servizzi ta’ assistenti mediċi, u t-talba li r-rikorrenti tingħata s-somom sabiex tkopri s-servizzi tal-assistenti mediċi pprovduti mill-kumpannija kkonċernata, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud billi huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

Sandra Kaufmann għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


Top