Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0679

Kawża C-679/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (Il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Ultra-Brag AG vs Hauptzollamt Lörrach

ĠU C 111, 29.3.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (Il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Ultra-Brag AG vs Hauptzollamt Lörrach

(Kawża C-679/15)

(2016/C 111/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ultra-Brag AG

Konvenut: Hauptzollamt Lörrach

Domandi preliminari

1.

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità] (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika ssir debitriċi tad-dejn doganali bħala persuna li wettqet l-introduzzjoni, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali, meta wieħed mill-impjegati tagħha – li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha – li aġixxa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, ikkaġuna l-introduzzjoni kontra l-liġi?

2.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

It-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li:

a)

persuna ġuridika tkun ipparteċipat fl-introduzzjoni kontra l-liġi (anki) meta wieħed mill-impjegati tagħha – li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha – li aġixxa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu kien involut f’din l-introduzzjoni kontra l-liġi u

b)

fil-każ ta’ persuni ġuridiċi li jkunu pparteċipaw fl-introduzzjoni kontra l-liġi, l-element suġġettiv li jikkundizzjona l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni – “li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf” – għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-persuna fiżika responsabbli mill-operazzjoni inkwistjoni fl-entità li tikkostitwixxi l-persuna ġuridika, anki jekk ma hijiex ir-rappreżentant legali ta’ din il-persuna ġuridika?

3.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

L-Artikolu 212a tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-aġir tal-persuna li pparteċipat fl-introduzzjoni kontra l-liġi jinvolvix ingann jew traskuraġni manifesta, hemm lok, fil-każ ta’ persuna ġuridika, li ssir referenza biss għall-persuna ġuridika jew għall-korpi tagħha jew għandu jiġi attribwit fir-rigward tagħha, l-aġir ta’ persuna fiżika impjegata magħha u li kienet responsabbli mill-operazzjoni inkwistjoni fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


Top