Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0544

    Kawża C-544/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Sahar Fahimian vs Bundesrepublik Deutschland

    ĠU C 429, 21.12.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 429/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Sahar Fahimian vs Bundesrepublik Deutschland

    (Kawża C-544/15)

    (2015/C 429/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sahar Fahimian

    Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

    Parti oħra fil-proċeduri: Stadt Darmstadt

    Domandi preliminari

    1

    a.

    L-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jivverifikaw jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jitlob li jiġi ammess għall-finijiet previsti fl-Artikoli 7 sa 11 tad-Direttiva għandux jitqies li jikkostitwixxi theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni li fuq il-bażi tiegħu l-evalwazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet hija suġġetta biss għal stħarriġ ġudizzjarju limitat?

    b.

    Jekk ir-risposta għad-domanda 1a hija fl-affermattiv:

    X’limiti legali huma imposti fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta dawn jikkunsidraw li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qed jitlob li jiġi ammess għall-finijiet previsti fl-Artikoli 7 sa 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju għandu jitqies li huwa theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika, fid-dawl b’mod partikolari tal-fatti li fuq il-bażi tagħhom għandha ssir din il-kunsiderazzjoni kif ukoll tal-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti?

    2.

    Indipendentement mir-risposti mogħtija għad-domandi 1a u 1b:

    L-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ bħal dan inkwistjoni fil-każ ineżami – fejn ċittadina ta’ pajjiż terz, l-Iran, li tkun kisbet id-diploma universitarja tagħha mix-Sharif University of Technology (Tehran), università li tispeċjalizza fit-teknoloġija, fix-xjenzi tal-inġinerija u fil-fiżika, fittex li tiġi ammessa fit-territorju sabiex tibda studji ta’ dottorat fil-qasam tar-riċerka dwar is-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni fl-ambitu tal-proġett “Sistemi affidabbli inkorporati jew mobbli”, speċifikament dwar l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi effikaċi ta’ protezzjoni tal-ismartphones – dan jawtorizza lill-Istati Membri li jirrifjutaw id-dħul fit-territorju billi jindikaw li ma jistax jiġi eskluż li l-kapaċitajiet miksuba fl-ambitu tal-proġett ta’ riċerka jintużaw fl-Iran għal skopijiet abbużivi, bħall-ġbir ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’pajjiżi tal-Punent, ir-repressjoni interna jew b’mod iktar ġenerali inkonnessjoni ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem?


    (1)  ĠU L 153M, p. 330.


    Top